Paris Saint-Germain se jaffronaw lil Arsenal fil-finali tal-UEFA Champions League hekk kif ikkwalifikaw għall-finali wara li temmew fi draw ta’ 1-1 ma’ Bayern Munich fit-tieni leg, fl-Allianz Satdium, bl-iskor aggregate ikun 6-5.
Dik li kienet partita kumbattuta u storika fl-ewwel leg f’Parc des Princes il-ġimgħa li għaddiet, ma kienitx repetuta fl-Allianz Stadium hekk kif l-iskor finali ta’ 1-1 tirrifleti l-partita magħluqa.
Paris Saint-Germain skorjaw il-ewwel gowl wara tlett minuti biss hekk kif Khvich Kvaratskhelia ħarab b’ġirja mix-xellug u xeħet kross lejn Ousmane Dembele li kkonkluda mill-ewwel wara Manuel Neuer
Harry kane skorja gowl lejn it-tmiem tal-partita, pero kien tard wisq għar-rimonta.
Paris Saint-Germain kontra Arsenal hija l-finali tal-UEFA Champions League din is-sena li se tintlagħab fil-Puskas Arena , fl-Ungerija, fit-30 ta’ Mejju.
Din hija t-tieni finali konsekuttiva għal Paris Saint-Germain, hekk kif is-sena l-oħra Les Parisiens għelbu lil Inter 5-0 fil-finali. Il-finali ntlagħbet fl-istess grawnd li ntlagħbet din is-semi finali, fl-Allianz Arena f’Munich.
Arsenal jirritornaw fil-finali tal-UEFA Champions League wara 20 sena, bil-Gunners kienu tilfu l-finali bl-iskor ta’ 2-1 kontra Barcelona fl-2006.
Paris Saint-Germain fil-finali tal-UEFA Champions League għat-tieni sena konsekuttiva


