L-operazzjoni tal-Istati Uniti biex tgħin lill-vapuri maqbuda fir-Rotta ta’ Hormuż joħorġu se tkun temporanjament imwaqqfa.
Dan ħabbru l-President tal-Istati Uniti Donald Trump it-Tlieta filgħaxija, fejn qal li “Project Freedom”, li kien beda ftit tal-jiem ilu, se jitwaqqaf wara ftehim reċiproku li ntlaħaq, hekk kif kien hemm progress kbir lejn ftehim mal-Iran.
Madankollu, il-midja Iranjana qed tqis din il-pawża bħala rebħa, hekk kif qed tgħid li din tindika falliment min-naħa ta’ Trump, li ma rnexxilux jerġa’ jiftaħ din ir-rotta tant essenzjali.
Intant, Trump ħabbar din il-pawża f’“Project Freedom” wara li s-Segretarju tal-Istat Amerikan Marco Rubio qal li l-ewwel offensiva bejn l-Istati Uniti u l-Iran, imsejħa “Operation Epic Fury”, kienet waslet fi tmiemha wara li ntlaħqu l-miri kollha.
//= $special ?>

