F’intervent li għamel Omar Rababah waqt attività poliktika tal-Labour fejn insista li miegħu ġab “ir-razza u r-radika kollha” miegħu, huwa attakka lill-partitarji Laburisti li fl-aħħar jiem stqarrew li ma għandux jikkontesta mall-Partit Laburista.
Rababah, uża l-attività bħala opportunità biex ħabbar li fil-fatt se jkun qed jixħet in-nomina tiegħu għall-kandidatura mal-Labour. B’Robert Abela jqum iċapċaplu meta qam jistaqsi għandux jikkontesta.
Dak li issa se jmur quddiem l-eżekuttiv Laburista bin-nomina tiegħu, attakka l-partitarji Laburisti wara li persuni mill-qalba tal-Partit Laburista ma riedux li dan jikkontesta mal-lista tal-Labour.
Tant li esponenti laburisti kellhom jikkundannaw lil dawk il-laburisti li esprimew l-opinjoni tagħhom dwar il-kandidatura prospettivà ta’ Rababah.



