Sport

Tarxien Rainbows jirbħu d-decider mill-YoHealth Malta Premier għal 11-il post

Jerġgħu jiltaqgħu nhar il-Ħadd bir-rebbieħ iżomm postu fil-Kampjonat Premier.


Żabbar St.Patrick    2        Tarxien Rainbows   3

Tarxien Rainbows għelbu lil Żabbar St Patrick fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali f’partita li kellha
tiddetermina liema tim jikseb il-ħdax-il post. Riżultat li permezz tiegħu iż-żewġ timijiet jerġgħu jiltaqgħu nhar il-Ħadd bir-rebbieħ iżomm postu fil-Kampjonat Premier.

Ebda gowl matul l-ewwel taqsima bid-difiżi rispettivi deċiżi li ma jsofrux l-offensiva avversarja.

Fit-tieni taqsima l-andament baqa’ l-istess b’bosta azzjonijiet fuq kull naħa bil-partita iżda ħadet xejra differenti fil-mument li Tarxien Rainbows fetħu l-iskor.

Fis-67 minuta minn azzjoni ta’ corner mil-lemin PETAR PANIC  għola fuq kulħadd u bir-ras għeleb lil Manuel Djalo.

Fid-90 minuta Żabbar St Patrick qrib li jiksbu draw wara li Jovancic bir-ras laqat il-minduda. Fis-sitt minuta ta’ ħin miżjud Żabbar kisbu d-draw wara li l-goalkeeper Miguel Spiteri żelaqlu l-ballun minn idu u approfitta Ayom Majok li xeħet lejn STRAHINJA JOVANCIC li għamel l-iskor 1 – 1 bil-gowl konfermat mill-Video Support.

Fl-10 minuta ta’ ħin miżjud Żabbar skorjaw permezz ta’ Fontanella li għola mal-goalkeeper Spiteri u skorja bir-ras iżda dan il-goal tħassar minħabba foul fuq il-goalkeeper.

Fil-ħin barrani fl-94 minuta Żabbar fil-vantaġġ permezz ta’ CEJAS PEDRO SANTIAGO sabiex f’reazzjoni immedjata fil-103 minuta fejn minn cross ta’ Da Silva Rosa mil-lemin l-azzjoni ntemmet lejn ANGEL JESUS
VALVERDE LEDEZMA għat 2 – 2 .

Il-gowl deċiżiv skorjat fil-118-il minuta wara li Musulin mil-lemin għadda lejn DA SILVA ROSA li għeleb lil Djalo għat 3 – 2 finali.

Referee: Ishmael Barbara