Lokali

Raġel iweġġa’ wara li karozza baqgħet dieħla fi trakk f’Tas-Sliema

Raġel sofra xi ġrieħi wara li karozza y-plate ħabtet fi trakk li kien qiegħed iħott, f’Tas-Sliema.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:45 am fi Triq ix-Xatt tas-Sliema u kollox jindika li l-karozza tat-tip Pegeout 3008 baqgħet dieħla fi trakk, Isuzu Elf li kien qed iħott.

Fil-post issejħu l-pulizija flimkien ma’ tim mediku sabiex jassistu lir-raġel li kien qiegħed iħott il-vann. Aktar tard ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika.

Skont informazzjonali li għandha din il-kamra tal-aħbarijiet, ir-raġel li kien qed isuq il-cab mhuiex Malti u se jkunb qed isirlu breathalyzer.

Triq ix-Xatt direzzjoni lejn il-Gżira tinsab magħluqa għat-traffiku.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.