Dalgħodu fil-Parlament il-Whip tal-Oppożizzjoni David Agius talab lill-ispeaker Anġlu Farrugia biex jibdel il-minuti tas-seduta tal-bieraħ filgħaxija li fiha l-Gvern irrifjuta li jiddiskuti t-talbiet tas-soċjetà ċivili wara mozzjoni mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.
David Agius argumenta li l-minuti għandhom jinbidlu u juru dak li verament ġara, iġifiri li l-Gvern m’aċċettax li ssir din id-diskussjoni.
Wara dibattitu li dam sejjer diversi minuti li fih kienu nvoluti l-Whip tal-Gvern Byron Camilleri u l-Ministru Joe Mizzi u li bdew joġġezzjonaw għal bidliet proposti minn David Agius, l-ispeaker Farrugia bidel il-minuti u jirriflettu dak li ġara lbieraħ fil-Parlament.
L-ispeaker aġġorna l-minuti li d-dibattitu ma’ sarx wara li n-naha tal-Gvern insistiet li l-kamra timxi mal-proċedura.
//= $special ?>

