Lokali

Jitwettqu xogħolijiet mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi qed iwettaq xogħolijiet ta’ manutenzjoni u tisbih fiż-zona tal-outoor gym tal-lokalità, fi Triq F.X Mangion, biswit il-grounds tal-football u l-basketball.

Fl-aħħar xhur bdew xogħolijiet ta’ manutenzjoni fuq it-tagħmir tal-gym, fost l-oħrajn billi ġew ordnati parts godda li ma kienx għadu qed jiffunzjona.

Fl-aħħar jiem twaħħlu wkoll bandli ġodda għal tfal żgħar, li jerġgħu jagħtu aċċess għal spazju ieħor miftuħ għat-tgawdija tal-Familji Siġġiewin.

Dan l-investiment isegwi investiment ieħor li kien sar fl-2016, biex fis-Siġġiewi saru bandli ġodda li jinsabu ftit ‘il bogħod  mill-Iskola tal-lokalità.

Fl-istess waqt, fix-xhur li ġejjin, mistennija jibdew ix-xogħolijiet fuq il-park u l-bandli ta’ Għar Lapsi. F’din iż-żona, għaddej ukoll l-investiment għall-bini ta’ latrina ġdida.

F’kummenti lil NET News, is-Sindku tas-Siġġiewi Alessia Psaila Zammit (filmati tas-seduta tas-Sindki fil-Parlament) qalet li l-Kunsill Lokali hu mpenjat li jinvesti fi spazji miftuħa, li jħeġġu l-parteċipazzjoni fl-isport, bħas-sit tal-outdoor gym.

Dan filwaqt li l-Kunsill Lokali hu impenjat jinvesti fi spazji miftuħa li jistgħu jitgawdew mill-Familji Siġġiewin.

Hi qalet li l-Kunsill Lokali qed iħejji pjanti għal aktar proġetti, li joffru spazji miftuħa għall-Familji fil-lokalità biex isiru applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea u għal Fondi mid-Development Planning Fund.

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi għandu l-ħsieb li jkompli b’aktar investiment fiż-żona tal-outdoor gym, tant li applika għal Fondi mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex isiru tiswijiet fir-running track.