Sport Waterpolo

Rebħa meritata għal Neptunes


SIRENS GREENTUBE………….. 9 NEPTUNES LEO VEGAS…….. 12

(1-2), (2-4), (3-3), (3-3)

Neptunes Leo Vegas kisbu t-tieni rebħa ta’ dan il-kampjonat u fl-istess ħin taw it-tieni telfa lil Sirens Greentube. Prestazzjoni pożittiva mit-tim ta’ Jovan Popovic li ħa vantaġġ mill-bidu u poġġa lill-avversarji f’sitwazzjoni li jiġru wara r-riżultat.

Sirens qatt ma rnexxielhom imorru minn fuq fil-logħba u fil-maġġoranza tal-logħba kienu l-penalties li wasslu biex sabu x-xibka hekk kif Edward Aquilina skorja erba’ penalties tul il-logħba, bil-veteran seba’ mit-tmien gowls tat-tim.

Jake Muscat poġġa lil Neptunes minn fuq, biż-żagħżugħ Nikolai Zammit jirdoppja b’lob mill-isbaħ fuq it-tieni lasta. Edward Aquilina naqqas id-distakk għal Sirens qabel tmiem l-ewwel sessjoni.

L-istess plejer wieġeb għal gowl ta’ Niki Lanzon iżda ż-żagħżugħ Jake Muscat kabbar id-distakk għal tliet gowls, bit-tieni gowl konsekuttiv ikun mill-isbaħ hekk kif kompla għal ġewwa mill-ewwel wara li rċieva ballun fit-tul. Id-distakk sa qabel il-mistrieħ baqa’ ta’ tliet gowls hekk kif Zammit skorja wara li Aquilina skorja t-tielet gowl personali għal Sirens minn penalty.

Neptunes żammew il-vantaġġ ta’ tliet gowls fit-tielet sessjoni, b’Sirens jibqgħu fil-logħba fejn saħansitra naqqsu d-distakk għal żewġ gowls. Kien gowl ta’ Jake Muscat li qatel it-tamiet ta’ rimonta għal Sirens.

Iż-żewġ timijiet għamlu erba’ minuti b’raġel anqas wara li tkeċċew Jake Muscat għal Neptunes u Gianni Farrugia għal Sirens. B’ħames plejers fl-ilma ż-żewġ timijiet skorjaw żewġ gowls, distakk li baqa’ ta’ tliet gowls sa tmiem.

Sirens: N. Grixti, J. Ciantar, E. Aquilina (7), P. Privitera, M. Grech, G. Farrugia, J. Zerafa Gregory, I. Riolo, J. Napier, Z. Bartolo, L. Caruana (2), M. Sciberras, G. Galea Curmi

Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon (1), K. Erdogan (1), G. Pace, V. Ragone, J. Farrugia, J. Muscat (5), S. Busuttil, J. Abela (1), N. Zammit (4), S. Stellini, M. Azzopardi, B. Busuttil

Referees: Ronnie Spiteri, Massimo Angileri

Kif Jinsabu

                  L       R       D       T       F       K       Pti

Neptunes    2        2        0        0        22      18      6

San Ġiljan   1        1        0        0        10      6        3

Valletta       1        1        0        0        17      14      3

Exiles           1        0        0        1        9        10      0

Sliema         1        0        0        1        14      17      0

Sirens          2        0        0        2        15      22      0

L-EWWEL DIVIŻJONI

MARSAXLOKK BROWN’S……. 10

TA’ XBIEX AMIGOS………………. 5

(2-0), (3-2), (3-2), (2-1)

Wara d-draw missielet kontra Marsaskala s-Sibt li għadda, Marsaxlokk Brown’s Pharmacy kisbu l-ewwel rebħa. It-tliet punti kontra Ta’ Xbiex waslu meritatament hekk kif ikkontrollaw il-logħba mill-bidu sal-aħħar. Il-kowċ ta’ Ta’ Xbiex Marko Jankovic kellu biss għaxar plejers għad-dispożizzjoni u dan għamilha aktar diffiċli biex jikkontrollaw il-logħba.

Ix-Xlukkajri rebħu mingħajr ma kellhom wirja stupenda, iżda finalment ħadu li riedu. L-ewwel sessjoni kienet importanti għalihom biex setgħu jmorru fil-vantaġġ b’żewġ gowls fit-tieni parti tas-sessjoni minn Julian Rizzo Naudi u Timmy Agius.

Il-vantaġġ saħansitra kiber għal erba’ gowls fit-tieni sessjoni iżda Ta’ Xbiex wieġbu b’żewġ gowls minn Mark Carani u Niall Saliba, b’Matteo Martellacci jdaħħal lit-tim tiegħu 5-2 minn fuq. It-tim ta’ Joe Cremona kompla jkabbar il-vantaġġ gradwalment fit-tielet sessjoni biex aċċerta mir-rebħa, hekk kif Ta’ Xbiex qatt ma dehru li se jidħlu fil-logħba.

Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Rizzo Naudi (1), L. Calleja, M. Martellacci (2), T. Agius (3), L. Saliba, J. Galea, M. Pace, S. Micallef (1), R. Scerri (2), M. Cacici (1), O. Zammit, F. Buhagiar

Ta’ Xbiex: Z. Sciberras, R. Greco, M. Carani (1), J. Saliba, D. Fenech, G. Blundell, G. Sammut, K. Tanti, N. Saliba, A. Theuma

Referees: Peter Balzan, Richard Magri

Kif Jinsabu

                  L       R       D       T       F       K       Pti

Marsaxlokk          2        1        1        0        14      9        4

Otters                   1        1        0        0        12      10      3

Marsaskala 1        0        1        0        4        4        1

Birżebbuġa –        –        –        –        –        –        –

Ta’ Xbiex   2        0        0        2        15      22      0