Knisja Lokali

Il-parroċċa Bastjaniża se ssir Arċipretali

F’Jum l-Għid il-Qriema tal-parroċċa San Bastjan irċevew l-aħbar li l-Arċisqof ddeċieda li jagħti t-titlu ta’ Arċipretali lil din il-parroċċa.

Dun Ewkarist Zammit, il-kappillan tal-parroċċa Bastjaniża, ilbieraħ ta’ din l-aħbar li intlaqgħet b’ferħ kbir mill-Qriema preżenti għall-purċissjoni tal-Irxoxt.

Kien fl-1935 meta Mons. Mauro Caruana, Arċisqof ta’ Malta ħareġ digriet li bih sar it-twaqqif tal-parroċċa, nhar il-25 ta’ Ottubru. F’Jannar tal-1936,
Dun Alwiġ Psaila  kien ħa l-pussess bħala l-ewwel Kappillan.

Il-knisja li naraw illum bdiet tinbena fl-1940. Din il-knisja kienet inawgurata u mbierka f’Mejju tal-1982.