Lokali

Il-mafjuż arrestat f’Malta kien ħarab mill-Italja fl-2018

Il-mafjuż arrestat mill-Pulizija f’Malta fl-aħħar sigħat kien ilu maħrub mill-Italja sa mis-sena li għaddiet.

Hu kien akkużat li uża s-settur tal-gaming biex jiffaċilita l-ħidma tal- ‘ndrangheta u jidher li ġie lejn Malta wara li evita l-arrest waqt ħidma kbira tal-Pulizija fl-Italja. F’pajjiżna waqqaf kumpanija tal-gaming irreġistrata lokalment.

Il-Pulizija Taljana kienet parti minn Operazione Galassia, li fiha nkixef grupp li kien juża kumpaniji tal-gaming biex isir il-ħasil tal-flus tal-mafja Taljana.

Il-Ministru tal-Intern Taljan, Matteo Salvini, fuq il-midja soċjali faħħar lill-awtoritajiet u ddikjara li dan l-arrest hu xhieda oħra ta’ kif l-Italja mhux se tagħti nifs lill-kriminali.