Lokali

Attivitajiet għall-familja fl-Esplora

Bejn it-Tlieta, u l-Ġimgħa 26 ta’ April, Esplora se jkun qed jospita spettakli tax-xjenza li se jsiru għall-viżitaturi. Hawn wieħed se jkun jista’ jesperjenza u jesplora d-dinja affaxxinanti tax-xjenza permezz ta’ l-arti, mużika, teatru, u aktar .

L-attivitajiet bdew diga’, u it-Tnejn kienu riżervati għal studenti mill-Kottonera .

Kull familja u kull student… jista’ jduq ix-xjenza permezz ta’ attivitajiet “hands-on” li huma mfassla biex jagħtu lill-parteċipanti ħin biex jesploraw, jaħsbu, jistaqsu u jinvestigaw il-kunċetti tax-xjenza u t-teknoloġija.

Jinvestigaw rokits, jitgħallmu kif huma kapaċi jisparaw fl-ispazju u joħolqu anke paraxuts. Dan apparti li jitgħallmu kif id-dawl jirreaġixxi mal-materja permezz tal-esplorazzjoni ta’ “shadow puppets”.

Esplora tippreżenta madwar 200 wirja interattiva u edukattiva dwar diversi suġġetti xjentifiċi. Dawn il-wirjiet juru kif ix-xjenza hija rilevanti għall-ħajja ta’ kuljum u jagħtuna ħarsa lejn kif l-affarijiet jaħdmu fir-realtà.