Atletika Sport

Appell mill-gvern tal-Afrika ta’ Isfel biex tiġi appellata d-deċiżjoni dwar Semenya

Il-gvern tal-Afrika ta’ Isfel qed jissuġġerixxi lill-assoċjazzjoni tal-atletika tal-pajjiż biex jappellaw mal-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport dwar id-deċiżjoni li ħallief effett dirett fuq iċ-champion Olimpika Caster Semenya. Iżda jidher li Athletics South Africa żammet is-silenzju fuq il-kwistjoni hekk kif jidher li għandhom qed jikkunsidraw l-għażliet tagħhom u mhux se joħorġu stqarrija sakemm ikunu lesti.

Jekk isir xi appell, irid isir lit-Tribunal Federali tal-Iżvizzera sa tmiem ix-xahar. Il-Ministru tal-Isport Tokozile Xasa ma għandux awtorità diretta fuq l-ASA. L-assoċjazzjoni kienet iltaqgħet biex tiddiskuti d-deċiżjoni tal-CAS meta ddeċidiet li l-IAAF tista’ tmexxi bir-regoli dwar l-atleti nisa li għandhom differenzi fl-iżvilupp tas-sess.

Atleti bħad-darbtejn rebbieħa Olimpika tat-800 metru Semenya, iridu jieħdu medikazzjoni biex ibaxxu l-livelli għolja ta’ testosterone qabel jitħallew jikkompetu fi tlielaq bejn l-400 metru u l-mil.