Lokali

Kunċert b’differenza f’Ħal Qormi

Kunċert b’differenza ġewwa Ħal Qormi li se jkun qed jgħati l-ħajja lid-djalett u l-frażijiet Qurmin.

Dan il-kunċert se jkollu protagonist lil raġel anzjan Qormi li se jkun qed jirrakkonta tifkiriet tal-imgħoddi fost diversi nostalġija u battuti umoristiċi. Jakkumpanjah se jkun hemm il-Pinto Brass Band, b’direzzjoni tas-Surmast Dominic Darmanin, li se ddoqq diversi siltiet mużikali Maltin u oħrajn popolari.

Jieħdu sehem f’dan il-kunċert, bit-tema ta’ ‘Qurmi Kburi’, se jkun hemm diversi atturi u kantanti żgħażagħ fost oħrajn.

Dan il-kunċert jsir ta’ kull sena biex jitfakkar l-anniversarju mit-twaqqif tal-ewwel Banda Qormija magħrufa llum bħala s-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan.

Dan il-kunċert se jittella’ fil-5 ta’ Ġunju quddiem il-Palazz Narbona fi Triq San Bastjan f’Ħal Qormi fit-8.30 ta’ filgħaxija.