Lokali

Raġel irrappurtat nieqes

Allan Hartmann-Jensen, ta’ 53 sena, kien irrappurtat nieqes lill-Pulizija kważi ġimgħatejn ilu.

Huwa deher l-aħħar f’Mejju, fl-inħawi tal-Pjazza ta’ Buġibba u l-Pulizija qed tappella biex kull min għandu xi informazzjoni dwar ir-raġel, jista’ jgħaddiha lilhom, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224 001 jew 119.

Informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija ukoll fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.

Allan għandu għajnejh kannella u xagħru qasir griż fl-abjad.