Internazzjonali Lokali Sport

Arrestat l-eks President tal-UEFA Michel Platini

Aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali qed jirrappurtaw li l-Pulizija ta’ Franza arrestat lill-eks President tal-UEFA Michel Platini, b’rabta mal-għoti tal-organizzazzjoni tat-Tazza tad-Dinja lill-Qatar fl-2022.

L-għażla kontroversjali tal-Qatar kienet żvelata lura fl-2010. Fl-2014, Platini kien ammetta li kien iltaqa’ ma’ l-eks uffiċjal Mohammed bin Hammam qabel xeħet il-vot tiegħu għal min se jospita t-Tazza tad-Dinja mtella’ mill-FIFA.

Michel Platini serva bħala President tal-UEFA bejn l-2007 u l-2015 meta kien mkeċċi mill-Kumitat tal-Etika tal-FIFA. Aktar dettalji fil-ħin li ġej…