Lokali

Botta u risposta bejn il-POU u l-MPA

L-aħbar żvelata minn Net News toħloq kontroversja sħiħa

Akkużi ta’ arroganza fid-dipartiment tal-accounts mill-President tal-Police Officers Union (POU) l-ispettur Sandro Camilleri wasslu għal stqarrija iebsa mill-Malta Police Association (MPA), illi iddeplorat dawn l-istess akkużi.

Il-kwistjoni eskalat wara li l-MPA irċeviet diversi lmenti min Membri tagħha rigward diversi ħlasijiet ta’ Extra Duty on Payment ma bosta entitatijiet li għadom ma tħallsux u li ilhom pendenti għal diversi xhur.

L-MPA qed tiddeplora l-akkużi li saru mil-President tal-POU fil-konfront tal-persuni li jaħdmu fis-sezzjoni tal-accounts fil-Korp tal-Pulizija, “anzi nsellmulhom u nirringrażjawhom tal-ħidma eċċezjonali u bla waqfien li jagħmlu.”

L-Malta Police Association qalet illi se tibqa’ kommessa li taħdem u tistaqsi d-domandi kollha neċċesarji anke akkost li tidher kerha ma xi individwi; għaliex “nemmnu li aħna l-vuci tal-membri tal-Korp kollha irrelevanti min jekk hux membru tal-istess Association”.

L-MPA ma tħoss li għamlet l-ebda pass mgħaggel jew żbaljat billi staqsiet d-domandi neċċesarji sabiex tkun iċċarata s-sitwazzjoni preżenti fil-ħlas tal extra sabiex wkoll jigi stabilit min fejn ġejja il-problema.

Minn naħa l-oħra, f’video li poġġa’ fuq il-media soċjali, il-President tal-POU Sandro Camilleri rringrazzja lill-Kummissarju Laurence Cutajar illi sejjaħlu “il-Kummissarju għażiż tagħna”.

Sandro Camilleri qal illi f’din il-kwistjoni rridu naraw x’qed jiġri eżatt, u mhux “kulħadd jaqbad u jpeċlaq”. U insista li mhux se tibqa’ din l-arroganza mis-sezzjoni tal-accounts li hemm fid-Depot.

Fil-video tiegħu l-Ispettur Camilleri qal li bħala POU sa issa qed jaċċettaw li l-ħlasijiet extra idumu sa 6 xhur biex jitħallsu.