Lokali

Jiftaħ f’Malta “Planet Hollywood”

Planet Hollywood Malta, ir-ristorant u bar ikoniku fl-industrija tad-divertiment, fetaħ il-bibien tiegħu f’Malta, fil-Kumpless Bay Street, fis-7 ta’ Ġunju. Il-ftuħ sar bl-istil klassiku tal-post, fejn kienet iċċelebrata l-ħajja unika ta’ Hollywood.

“Ridna li Planet Hollywood Malta jżomm lill-pubbliku divertit billi jippreżenta esperjenza ġdida ta’ ikel. Dik li ħloqna hawn hi destinazzjoni unika li tirrifletti xena ta’ sett ċinematokrafiku fl-ambjent ta’ Hollywood, filwaqt li nkunu leali għall-ambjent Malti”, qal Peter Cording, il-General Manager ta’ Planet Hollywood Malta. “Il-menu tagħna jagħti għażla ta’ ikel li żgur se joġgħob lil min se jżurna. Ma nistgħux inkunu aktar eċitati minn hekk biex nilqgħu lill-klijenti u lit-tim meraviljuż f’dan il-post ġdid”.

Stabbilit fil-qalba tad-divertiment, Planet Hollywood hu magħruf għall-ispeċjalizzazzjonijiet fil-menu u d-dekorazzjonijiet, fosthom ritratti ta’ films klassiċi u kontemporanji, memorabilja awtentika u divertiment imxandar fuq screens li jinsabu madwar il-binja kollha. Il-klijenti se jiddawru f’ambjent ta’ sett ċinematografiku uniku għal Malta. Se jgawdu wkoll minn esperjenza multimedjali li ssibha f’kull ristorant Planet Hollywood madwar id-dinja, b’xeni ta’ films u mumenti minn premieres ta’ films ta’ Hollywood, kif ukoll ċerimonji ta’ red carpet. Dan flimkien ma’ memorabilja u affarijiet minn films li jkattru l-memorja f’moħħ kulħadd.

“Irridu noħolqu esperjenza sabiħa lill-klijenti, biex dawn ikunu jistgħu jirritornaw darba wara l-oħra, b’avventuri ġodda ta’ kull darba. Il-ħitan u affarijiet esebiti fir-ristorant jinkludu stampi u memorabilja b’tislima għall-industrija ċinematografika b’enfasi fuq filmati miġbuda f’Malta. Minbarra b’video wall, il-klijenti ta’ Planet Hollywood Malta se jgawdu minn dekor affaxinanti u sorpriżi oħra! Sar investiment qawwi fl-awdjo, il-viżwal u d-dwal biex il-klijient jingħata esperenza li qatt ma għex bħalha”, temm jgħid Peter Cording.

Ir-ristorant, kbira 650 metru kwadru, jagħti lil kulħadd l-opportunità li “jieklu fost is-stilel”, f’esperjenza li qat għexu qabel. Il-menu jinkludi platti klassiċi għal Planet Hollywood, fosthom iċ-Chicken Crunch, magħrufa madwar id-dinja, u appetisers oħra, kif ukoll għażla kbira ta’ burgers u ħobż ieħor, salads, għaġin, ikel griljat u ħelu. Hemm ukoll menu ddedikat għal min hu intolleranti mill-gluten jew xi allerġija oħra. Hemm ukoll selezzjoni qawwija ta’ bevandi, fosthom inbid, birra u cocktails għall-gosti ta’ kulħadd.