Lokali Qorti

Sentenza sospiża għal raġel minn Nepal li pprova jbagħbas f’passaport

Raġel ta’ 35 sena minn Nepal ingħata sentenza sospiża wara li pprova juża’ bolla falza għal fuq il-passaport tiegħu bil-għan li jkun jista jikseb il-permess għax-xogħol (working permit).

Intqal fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo li Kunwor Kushal bagħabas f’permess ta’ residenza fil-Latvja, hekk kif huwa tressaq mill-Ispettur  Frankie Sammut.

L-Ispettur Sammut qal li l-akkużat ħallas €1500 għall-bolla u nqabad meta pprova japplika għax-xogħol biha. Il-Prosekuzzjoni nsistiet għal sentenza karċerarja. L-Avukat Martin Fenech,ħall-akkużat, argumenta li l-passaport tal-akkużat huwa wieħed validu u kellu biss VISA falza fuqu.

L-Avukat Fenech qal li l-klijent tiegħu mhux kriminali, kull ma ried hu li jkollu għixien aħjar u aktar diċenti, qal l-Avukat. Il-Qorti kkundannat lil Kushal sena ħabs sospiżi għal erba’ snin.