Lokali Qorti

Avukat jinżamm arrestat b’pussess ta’ droga

Mazen Mohamed Tumi, Avukat Libjan ta’ 36 sena nżamm arrestat wara li qed jaffaċċja akkużi li ħebb għaż-żewġ ħutu, instab b’pussess ta’ droga kokaina, għamel ħsarat fuq mutur u fuq karozza, u darab ħafif surġent tal-pulizija.

Huwa kiser il-kundizzjoni tal-ħelsien mill-arrest fuq każijiet differenti fejn qed jaffaċċja akkużi ta’ ħsarat f’żewġ lukandi u appartament b’danni ta’ madwar 50 elf ewro.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello, poġġiet lil-Libjan taħt ordni ta’ trattament biex jirrijabilita ruħu mill-vizzju tad-droga fit-taqsima forensika tal-Isptar Monter Karmeli. Huwa nżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.