Id-distakk bejn iż-żewġ partiti jkompli jonqos biex issa hemm l-inqas distakk bejn iż-żewġ partiti. Stħarriġ tal-MaltaToday juri li d-differenza bejn il-partiti hija ta’ 2.6% – tnaqqis ta’ 1% meta mqabbel ma’ Ġunju 2015 u ta’ 6% meta mqabbel ma’ Jannar 2015 meta l-Partit Laburista kien igawdi distakk ta’ 9%. Għall-ewwel darba d-distakk bejn il-partiti jaqa’ fil-margin of error tal-istħarriġ.
Dan it-tnaqqis fid-distakk jidher ukoll b’mod ċar fil-fiduċja li jgawdu l-mexxxejja taż-żewġ partiti hekk kif l-istħarriġ jindika wkoll l-inqas distakk fil-fiduċja li jgawdu Joseph Muscat u Simon Busuttil.
L-istħarriġ juri li Joseph Muscat kompla jitlef il-fiduċja bi tnaqqis ta’ 2% meta mqabbel ma’ Ottubru li għadda u b’6% meta mqabbel mas-sena li għaddiet.
//= $special ?>

