Lokali

Il-kanzunetta l-ġdida ta’ Emma Muscat tqanqal kurżità fost is-segwaċi tal-Eurovision

‘I am what I am’: Il-kanzunetta l-ġdida ta’ Emma Muscat se toħroġ b’mod uffiċjali nhar it-Tnejn 14 ta’ Marzu

Hekk kif jidher li hemm possibiltà kbira li l-kanzunetta tal-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena se tinbidel .. ir-rebbieħa tal-Eurovision ta’ Malta Emma Muscat kompliet iżid l-kurżita tas-segwaċi tagħha u ta’ dawk li jsegwu l-Eurovision mill-qrib.

Dan hekk kif f’post imtella’ fuq Facebook, ġie mħabbar li Emma Muscat, se tniedi kanżunetta ġdida bl-isem ‘I am what I am’ nhar it-Tnejn 14 ta’ Marzu.

Fl-istess post Emma Muscat ma eskludietx il-possibiltà li din il-kanżunetta l-ġdida se tkun qed tintuża sabiex tirrapreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision ta’ din is-sena .. li mistenni jsir fl-14 ta’ Mejju li ġej fil-belt Taljana ta’ Turin.

Intant fl-aħħar ħin, il-kanżunetta ta’ Emma Muscat ġiet leaked minn website barranija. Idħol hawn sabiex tismagħha.