Żewġ persuni jittajru fl-istess triq f’inqas minn 24 siegħa
Tfajla ta’ 14-il sena minn Birkirkara qed issofri ġrieħi serji u kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqtet minn vettura.
Il-każ seħħ ftit wara 6pm fi Triq Dun Karm, f’Birkirkara, hekk kif għal xi raġuni l-vittma ttajret minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 57 sena minn Birkirkara stess.
Fuq il-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu liż-żagħżugħa l-isptar għal aktar kura.
Dan kien it-tieni inċident simili fl-istess triq, f’inqas minn 24 siegħa.
//= $special ?>


