Coronavirus Lokali Saħħa

155 każ ġdid ta’ Covid-19 – ifiqu 49 persuna

Tkompli tiżdied il-pressjoni fuq il-frontliners

Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa f’Malta ġew irreġistrati 155 każ ġdid, numru li qed ikompli jikber u jitfa’ pressjoni fuq is-settur tas-saħħa, bin-numru ta’ każijiet totali f’din it-33 ġimgħa tal-imxija fostna jitla’ għal 744.

In-numru ta’ każijiet totali f’pajjiżna issa tela’ għal 5,243, filwaqt li n-numru ta’ dawk attivi huwa ta’ 1,652.

Aħbar tajba hi l-fl-aħħar sigħat fiequ 49 persuna, biex l-ammont ta’ persuni li fiequ minn din l-imxija huwa ta’ 3,491. L-ammont ta’ fatalitajiet li kellna f’pajjiżna huwa dak ta’ 47 persuna.

Mill-każijiet li kien hemm bejn it-Tnejn u t-Tlieta hemm: 20 persuna huma qraba ta’ każijiet pożittivi, 8 li huma kollegi tax-xogħol, 12-il każ li kienu f’kuntatti diretti, 14-il każ li ttieħdu minn avvenimenti soċjali u żewġ każi impurtati. Dan ifisser li hemm total ta’ 99 persuna li s-sors ta’ minn fejn ħadu l-coronavirus għadu mhux identifikat, dan in-numru huwa kważi terż miċ-ċifra mħabbra t-Tlieta.

Intant huma ħafna l-ilmenti li qed nirċievu bħala kamra tal-aħbarjiet ta’ persuni li ilhom jistennew jiem sħaħ biex jagħmlu t-test tal-Covid, bin-nuqqas ta’ preparazzjoni mill-Gvern twassal biex kompliet tiżdied il-pressjoni fuq is-settur tas-saħħa, speċjalment fuq il-professjonisti mediċi.

Rapporti wkoll qed jindikaw li fl-iskejjel qed tkompli tirrenja l-inċertezza bi studenti ma jafux x’se jiġri minnhom bi klassijiet anki jkunu estiżi sal-kuruttur, l-aktar fl-MCAST u fil-Higher Secondary.