Lokali Temp

WARA Ċ-ĊIKLUN HARRY: Ħsarat kbar f’Wied il-Għajn u zoni oħra tul il-kosta

Il-pajjiż dalgħodu sebaħ għal xeni mhux tas-soltu – bajjiet imkissra, debris u kull forma ta’ skart li tkaxkar bir-riħ qawwi, tkissir tul il-kosta, ħwienet u residenzi li ġarrbu ħsarat. Sa anke baga spiċċat ittellgħet l-art bis-saħħa tal-mewġ qawwi li ġew ikkaġunati miċ-ċiklun Harry.

F’Wied il-Għajn b’mod partikolari għadhom evidenti l-ħsarat kbar li ħalliet din il-maltempata.

Sidien ta’ ristoranti u stabbilimenti kummerċjali qed jistmaw li l-effetti tal-mewġ qawwi li daħal fil-ħwienet tagħhom jafu jfissru eluf ta’ ewro fi ħsarat.

Il-Kap tal-PN Alex Borg ilbieraħ appella b’mod ċar ħafna biex il-Gvern jieħu azzjoni u jingħata kumpens xieraq lil dawk affetwati.